“Il-PN kommess li jwettaq il-viżjoni ta’ ekonomija ta’ eċċellenza għall-poplu kollu” – Bernard Grech

Analiżi dwar il-baġit fil-programm Net Live flimkien ma’ Dione Borg. Iddiskutejna kemm Malta w Għawdex jistħoqqilhom aħjar!

https://netondemand.mt/play/15311

* * *

“Il-Partit Nazzjonalista kommess li jwettaq il-viżjoni ta’ ekonomija ta’ eċċellenza għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.”

Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt kummenti mal-ġurnalisti fejn qal li d-diskors tal-Prim Ministru tat-Tlieta filgħaxija kien wieħed mifni gideb filwaqt li naqas milli jindirizza diversi problemi li qed jaffaċċja pajjiżna fosthom in-nuqqas ta’ investiment, il-kriżi tal-iskart, it-traffiku fost affarijiet oħra.

Apparti minn hekk, Bernard Grech fakkar li l-Gvern ta’ Robert Abela baqa’ jagħti l-miljuni lil Steward li matul is-snin m’għamel l-ebda investiment fit-tliet sptarijiet. Dan hekk kif l-isptar ġdid f’Għawdex qatt ma nbena u l-isptar San Luqa tħalla fi stat diżastruż.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-fatt li Robert Abela naqas milli jsemmi s-sentenza tal-Qorti tal-Appell ifisser li Robert Abela kellu jammetti dak li qaltlu l-Qorti jiġifieri li ma ħarisx l-interess nazzjonali. Bernard Grech saħaq li din hija turija ċara li Robert Abela ttradixxa lill-poplu.

Bernard Grech saħaq li l-Partit Nazzjonalista kommess li jkompli jaħdem sabiex pajjiżna jkollu viżjoni ta’ eċċellenza b’ħaddiema ta’ kwalità kif ukoll ħajja aħjar f’pajjiżna.

Share :
comments

post a comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *