Robert Abela hu wisq mifxul bi problemi li ħoloq hu stess biex isolvi l-problemi tiegħek

Waqt li int qed tara kif se twassal sal-aħħar tax-xahar u qed tinkwieta kif se tiġġieled il-prezzijiet, Robert Abela jinsab mitluf f’dagħdigħa u mifxul bi problemi li ħoloq hu stess.

Minflok jattakka l-għoli tal-ħajja, qed jattakka lill-ġudikatura u lill-media.

Minflok jindirizza dak li qed jinkwieta lilek, qed jaħli l-ħin jipprova jsolvi kriżi li ħoloq hu stress. Jinsab f’paniku u lilek qed ikompli jinsik.

Matul konferenza tal-aħbarijiet, ix-Shadow Minister għas-Settur Marittimu, id-Djalogu Soċjali u l-Ġlieda Kontra l-Għoli tal-Ħajja Ivan Castillo qal li l-Partit Nazzjonalista hu ffukat fuq l-isfidi tiegħek u determinat li dawn jibqgħu il-prijorità fil-ħidma tiegħu għalik. Il-bniedem jibqa’ dejjem fiċ-ċentru tal-politika tal-Partit Nazzjonalista.

Min-naħa tagħha, il-Kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Norma Camilleri qalet li ta’ kuljum, tul il-ħidma tagħha, qed tiltqa’ ma’ realtajiet iebsa. Anzjani li mhux ilaħħqu bil-pensjoniiet għax qed ikollhom joħorġu flus minn bwiethom għall-mediċini, kif ukoll żgħażagħ li ma jifilħux jixtru propjetà u ġenituri li bejn xogħol u ieħor mhux iqattgħu biżżejjed ħin ma’ uliedhom.

Jenħtieġ mudell ekonomiku li hu sostenibbli mhux wieħed li bih niffangaw illum u nifggħu għada. Hu għalhekk li l-Partit Nazzjonalista għandu proposti li sabu l-appoġġ tal-imsieħba soċjali kollha, fosthom il-Kamra tal-Kummerċ, il-Kamra tal-SMEs, il-UĦM u anke l-GWU.

Il-Partit Nazzjonalista ilu s-snin jinsisti li l-kumpens għall-għoli tal-ħajja m’għandux ikun intaxxat, li min iħaddem jingħata tax credits biex jagħmel tajjeb għaż-żidiet u  ma jkollux għalfejn jgħolli l-prezzijiet, kif ukoll biex tingħata għajnuna lill-impurtaturi. Qed jinsisti wkoll fuq mudell ekonomiku bbażat fuq setturi ġodda u xogħolijiet ta’ kwalità li jiggarantixxu pagi tajbin.

Il-Partit Nazzjonalista qed jinsisti b’dawn il-proposti għalik.

L-uniku wieħed li ma jaqbilx magħhom hu Robert Abela.

Share :
comments

post a comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *